F'Ġimgħa Tilef Lill-Familja Tiegħu Kollha Għall-Covid-19 – Hekk Kif Missieru, Ommu U Ħuh Bdew Jibżgħu Jitlaqqmu!

Resident f’Wales, irrakkonta kif ommu, missieru u ħuh mietu bil-Covid-19 fi żmien ġimgħa minn xulxin, u qed iħeġġeġ lill-pubbliku biex jitlaqqam kontra l-virus. Il-familja ta’ Francis Goncalves, li jinsab fil-Portugall, kienet irreżistiet il-vaċċin minħabba “informazzjoni ħażina” u biża’ dwar il-vaċċin.

Jidher li kien missieru li x’aktarx ħa l-virus meta kien l-isptar minħabba attakk tal-ġebla, jumejn, missieru flimkien ma’ ommu ltaqgħu ma’ ħuh. Jumejn biss wara l-ġenituri tiegħu ddaħħlu l-isptar u jidher li l-qagħda tagħhom kienet waħda kritika iżda stabbli.





Waqt li Gonclaves kien qed jagħmel il-preparamenti biex imur lura l-Portugall, ħuh ukoll beda jħossu ma jiflaħx u tmint ijiem wara li l-ġenituri tiegħ iddaħħlu l-isptar, ħu Goncalves miet. F’inqas minn ġimgħa, dan ir-raġel tilef lil ħuh, lil missieru u lil ommu. Ħuħ miet fit-18 ta’ Lulju, missieru 20 ta’ Lulju u ommu 24 ta’ Lulju.

Hu qed jitkellem dwar l-esperjenza sabiex jippromwovi li n-nies jitlaqqmu: “Huma nqabdu f’ħafna mill-propaganda kontra t-tilqim li għaddejja,” qal. “Il-messaġġ li rrid noħroġ huwa għaliex il-gvern irid iweġġgħek billi jagħtik vaċċin? X’inhu l-iskop warajh? Tkellimt ma’ ħafna nies li huma mbeżżgħin mill-vaċċin u qed jiswew il-ħajjiet.”

Facebook / Francis Goncalves



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI