"F'Inqas Minn Xahar Mietu 'L Fuq Minn 240 Papra" – X'Qed Jiġrilhom L-Papri Tas-Salini?

Fuq il-paġna tal-Gwida daħlilna messaġġ mingħand in-neputi tal-persuna li jieħu ħsieb il-papri tas-Salini. Milli jidher is-sinjur jieħu ħsieb lil dawn il-papri minn butu stess, iżda dan l-aħħar dawn il-papri qed imutu f’ammonti kbar.

In-neputi ta’ dan ir-raġel qalilna li f’inqas minn xahar, mietu ‘l fuq minn 240 papra u għalkemm talab għall-għajnuna, it-talbiet tiegħu waqgħu fuq widnejn torox. Hu prova jersaq għall-għajnuna kemm mingħand il-Birdlife u anke mingħand il-Kunsill Lokali.

Hemm possibiltà li l-papri qed imutu minħabba l-ilma li jinsabu fil-viċin. Wieħed bla ma jrid jistaqsi l-mistoqsija jekk dan l-ilma hux jiġi mbabas b’xi mod jew ieħor? Hi kemxejn stramba li f’temp qasir mietu tant papri f’daqqa.

Id-Deputat Parlamentari Robert Cutajar ukoll għamel appell fuq il-mezzi soċjali fejn qal, “Nappella lill-awtoritajiet konċernati sabiex jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa sabiex mhux biss jinġabru l-papri li qed imutu fiż-żona tas-Salina iżda li jkun stabbilit minn xiex dan kollu qed jiġi kkawżat.”





Hu jkompli jgħid, “Tajjeb li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jispezjona l-ilma tal-madwar.Se nibqa’ nsegwi dan il-każ.” Nittamaw li jsibu minn xiex sabiex ma jmutux aktar papri.

Wieħed jista’ jara r-reazzjoni tal-Birdlife billi jidħol HAWN



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI