Claudia Faniello tista’ tgħid saret veterana fix-xena lokali b’diversi kazunetti li tul is-snin baqgħu sinonimi magħha. Kanzunetta li ppreżentat fil-Malta Eurovision u n-nies ħabbew tassew. L-ewwel esperjenza tagħha kienet fl-2006 u fl-aħħar irnexxielha tikseb iċ-ċans li tirrappreżenta lil Malta fl-2017.
Sena partikolari minnhom, Claudia tqaċċtitilha l-libsa ftit qabel ma telgħat tkanta. Hi żvelat dan waqt D BBQ SHOW, il-programm fuq NET TV bi preżentazzjoni ta’ Malcolm Pisani. Claudia kienet qed tilgħab kontra ħuha Fabrizio. Claudia żvelat li meta kellha l-kanzunetta L-Imħabba Għamja fl-2007, ftit mumenti qabel telgħat fuq il-palk, tqaċċtet il-libsa. It-tim tagħha spiċċa ħitilha l-libsa waqt li kienet fuqha minħabba li ma kienx hemm ċans li tneħħiha u terġa’ tilbisha.
Il-libsa għadha fil-gwaradarobba mqatta’ imma kienet żammitha xorta waħda. Claudia tista’ tgħid li magħrufa dejjem għall-ilbiesi sbieħ li jkollha, waqt il-programm ta’ Malcolm Pisani żvelat li l-iktar żewġ ilbiesi li jibqgħu favoriti magħha huma ta’ Pure u ta’ Breathlessly.
Min jaf għadx naraw lil Claudia fil-Malta Eurovision?