Fuq il-midja soċjali qed iduru ritratti fejn juru gruppi ta’ nies f’xulxin ibieraħ filgħaxija ġewwa Tas-Sliema.
Ħafna nies qed igergru wara li raw dawn ir-ritratti, anke għax bħalissa mhux permess li jinġabru dawn il-ġemgħat kollha f’xulxin.
Joven Grech qal li avvenimenti bħal dawn qed jiżdiedu u l-ftuħ b’mod sigur ta’ ċertu avvenimenti biss jista’ jwaqqaf dan milli jkompli jsir. Huwa fatt li ħafna nies huma għajjenin wara li ilu żmien ma jsir avveniment fejn wieħed jista’ jiddeverti u l-opinjoni ta’ ħafna hi li jekk għandu jsir dan huwa possibbli li jsir b’mod fejn wieħed jista’ jiddeverti u fl-istess ħin ikun jista’ jħossu sigur, anke għax jkun imlaqqam bil vaċċin.
Facebook / Malta, News, Photos and People