Malcolm Pisani, li nafuh bħala kantant u preżentatur, ser iwasslilna programm ġdid li jdaħħalni fl-ispirtu tal-Milied. L-imħabba kbira ta’ Malcolm għall-Milied hi fatt magħruf, u din id-darba ser ikun qed ikompli jxerridha permezz ta’ programm ġdid flimkien mal-imħabba ta’ ħajtu, Kim, fuq NET TV.
“Fadal biss ġimgħa għal programm tant mistenni! Il-programm ta’ dan il-Milied 2025 🎄 mimli b’rkejjen u mistiedna speċjali u distinti. Rigali, mużika u tant iktar. Segwuna bħal-lum, il-Ġimgħa 23 ta’ Diċembru, fuq NET TV fit-20:30, b’repetizzjoni lejliet il-Milied fl-16:00,” kitbet il-kumpanija 2806 Media Productions.
Ħerqana biex issegwu?
Facebook/ Malcolm Pisani