Fairyland – reġgħet magħna, din is-sena b’ħafna aktar x’toffri: aktar attrazzjonijiet, aktar memorji u ħafna aktar maġija. Pjazza Tritoni fil-Belt Valletta se terġa’ tinbidel f’Santa’s City, u ser testendi sal-Fosos tal-Floriana, fejn il-maġija tal-Milied ser tieħu l-ħajja mill-5 ta’ Diċembru sal-4 ta’ Jannar 2026.

Lestu ruħkom sabiex tilqgħu erba’ attrazzjonijiet ġodda:
- Candy Cane Slide
- Frosty Bike Circuit
- Dasher’s Roundabout
- Fantasia Tinsel Track

Għal darb’oħra ir-rota ikonika tal-belt kapitali, Rudolph’s Wheel, se terġa’ tixgħel id-dwal tagħha u toffri veduti spettakolari li mhux faċli jintesew. Kull min iżur Fairyland jista’ jerġa jgawdi l-Ice-Skating Rink u s-Suq tal-Milied li huwa post idejali biex wieħed jixtri dawk kir-riġali zgħar biex jimla il-kalzetta tradizzjonali tal-Milied u anke biex iduq ikel u xorb sinonimu ma dan iż-żmien tal-festi.
U jekk dan mhuwiex biżżejjed, hemm ukoll ħafna logħob ġdid għal ġurnata sħiħa ta divertiment fil-kapitali tagħna! Naturalment, l-ebda Milied m’hu komplut mingħajr żjara mingħand Santa u l-elfi tiegħu, li diġà qegħdin jaħdmu biex jilqgħu lit-tfal minn madwar id-dinja kollha. Santa saħansitra wiegħed li ser jibda jqassam ir-rigali kmieni lit-tfal kollha li jiġu jżuruh f’Fairyland!

U jekk dan mhux bizzejjed hemm ħafna aktar sorpriżi maġiċi li huma lesti ghalikom hekk kif jibda’ l-countdown għall-Milied!
U ma nistgħux inkunu aktar eċċitati li nilqgħu lura l-attivita favorita ta’ Fairyland: The Chaos Lab! Din l-esperjenza interattiva saret sinonima ma’ Fairyland, fejn it-tfal jistgħu jħallu l-immaġinazzjoni tagħhom tiġri bihom waqt li jesploraw kamra wara l-oġra għal divertiment garantit.
Fairyland: Santa’s City tiftaħ il-bibien tagħha mill-5 ta’ Diċembru sal-4 ta’ Jannar 2026. Għal aktar informazzjoni żur www.fairylandmalta.com