Festa Familja – Avveniment Għall-Familja Kollha B’Risq Puttinu Cares

Festa Familja

Il-ġimgħa d-dieħla, nhar il-Ħadd 19 ta’ April 2026, Triq Misraħ Għonoq, Mosta (fil-parkeġġ tal-MCAST Mosta) se tinbidel f’post mimli ħajja u divertiment hekk kif se tittella’ Festa Familja li toffri esperjenza unika għal kulħadd.

Din il-ġurnata hija mfassla biex tilqa’ lil kulħadd – tfal, żgħażagħ u adulti – b’varjetà kbira ta’ attivitajiet u attrazzjonijiet.

Se jkun hemm żona apposta għat-tfal, fejn jistgħu jilagħbu u jieħdu gost f’ambjent sigur u animat. Se jkun hemm ukoll VR Station li toffri esperjenzi virtwali eċċitanti.



Preżenti ħa jkun hemm wirjiet impressjonanti ta’ trucks, karozzi u muturi, li ser jolqtu lid-dilettanti ta-vetturi. L-ispettaklu jkompli b’wirjiet live li jżidu aktar enerġija u atmosfera festiva matul il-ġurnata kollha.



Naturalment, ma jonqsux lanqas il-kjoskijiet tal-ikel, fejn il-familji jistgħu jgawdu minn varjetà ta’ ikel u xorb delizzjuż.

Aktar minn sempliċi festa, dan l-avveniment għandu skop nobbli. Jayden Scicluna jorganizza din l-attivita f’għeluq sninu biex id-dħul kollu jmur b’risq Puttinu Cares, organizzazzjoni li tappoġġja tfal u familji fil-bżonn. Din hi t-tielet darba li Jayden qed itella’ Festa Familja b’risq nobbli.

B’hekk, kull min jattendi mhux biss se jqatta’ ġurnata sabiħa, iżda wkoll ikun qed jagħti kontribut importanti għal kawża ġusta.

L-avveniment qed jiġi organizzat b’kollaborazzjoni ma’ Dreamastic Party And More. Prosit kbira Jayden!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI