Għada Ħamis ix-Xirka. F’dan il-jum, biljuni ta’ Kristjani minn madwar id-dinja jfakkru l-Aħħar Ċena; il-mument fejn Ġesù Kristu waqqaf is-Sagrament tal-Ewkaristija li llum il-ġurnata jilgħab irwol ċentrali fil-ħajja ta’ bosta Nsara.
L-Uffiċju Meteroloġiku ta’ pajjiżna qed ibassar li dan il-jum se jkun iddominat b’għadd ta’ ħalbiet tax-xita li se jkunu wkoll imżewqa bir-ragħad.
Il-jum tal-Ħamis mistenni jġib miegħu wkoll riħ qawwi li se jkun qiegħed saħansitra jilħaq il-qawwa ta’ forza 7.
Dan qed iħalli lil bosta Maltin imħassba hekk kif dan it-temp xitwi jista’ jxekkilhom milli josservaw it-tradizzjoni tas-seba’ viżti li tant hi notorja f’dan il-jum.

Facebook / Elena Grech Photography