Tliet snin ilu Christine Haber u Francesco Catania iżżewġu. Kienet lejla indimentikabbli għal dawn it-tnejn u dawk kollha preżenti. Fuq Facebook, Christine fakkret il-memorji sbieħ li għaddew minnhom f’dawn is-snin li ilhom flimkien. “3 snin ta’ żwieġ bi tlugħ u nżul, imma dejjem għażilna lil xulxin” tikteb Christine. Irringrazzjat lil żewġha Francesco talli jħobba bit-tajjeb u bl-imperfezzjonijiet li għandha.
Awguri minn qalbna Christine u Francesco għal aktar snin ta’ mħabba!