"Fil-Bidu Ħsibt Li Din Tista' Tfixkilni" – Neil Agius Dwar Il-Proposta Għaż-Żwieġ Qabel Beda L-Għawma Rekord Tiegħu!

Qabel beda l-għawa rekord tiegħu lejn l-aħħar ta’ Lulju, Neil Agius kellu sorpriża li żgur li ma kienx qed jistenna. It-tfajla tiegħu ddeċidiet li qabel jitlaq fuq din l-għawma tippropnielu sabiex jiżżewiġha!

Kienet aħbar sabiħa, iżda kien hemm min ħaseb li xi ħaġa bħal din tista’ ttellef lil Neil mill-isfida li kellu quddiemu. Aħna ta’ Gwida kellna ċ-ċans li nistaqsu lil Neil proprju dwar dan! Araw x’kellu xi jgħidilna.

Hu qalilna, “Ma stennejthiex u fil-bidu ħsibt li din tista’ tfixkilni. Imma mbagħad waqt li kont qed ngħum, iktar bdiet ittini saħħa u bdejt nara li qed nagħmlha għalina u mhux għalija biss. Kien mument sabiħ ħafna u għalkemm ma stennejthiex ma noħodhiex bi kbira mingħandha għaliex hija attivista kbira fabur id-drittijiet tan-nisa.”

Din l-intervista minn Sephora Cutajar ġiet ippublikata b’mod esklussiv fuq ir-rivista tagħna GWIDA fix-xahar ta’ Settembru. Il-GWIDA toħroġ kull l-ewwel Ħadd tax-xahar.





Kurt Arrigo



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI