Il-paġna Augustinian Sisters Servants of Jesus and Mary kitbet messaġġ ta’ awgurju għal tlieta mill-komunità tagħhom li bħal nhar il-Ħadd li għadda 25 sena ilu bdew dan il-vjaġġ vokazzjonali ta’ sorijiet.
“Il-Ħadd, fil-festa tat-twelid ta’ Marija Bambina, iċċelebrajna l-25 anniversarju ta’ Sr Marvic Saliba, Sr Veronica Gerada u Sr Marica Briffa. Nirringrazzjaw lil Alla magħhom għall-fedeltà tiegħu magħhom matul dawn is-snin kollha u nitolbu għas-saħħa u l-barkiet kontinwi fil-missjoni tagħhom.”
Awguri mill-qalb!