Nicole, sa bħal daż-żmien sena kienet kantanta li forsi ftit kien jafu min hi. Imma splodiet fix-xena lokali fl-ewwel staġun ta’ X Factor Malta. Nicole kienet waħda minn dawk il-kontestanti li kibret tul il-programm u fl-aħħar nett kienet waħda li serqet tant u tant qlub.
Nicole tkellimna dwar l-esperjenza tagħha f’dan il-programm, fosthom issemmi biex baqgħet impressjonata. Titkellem magħna dwar kif inbidlet ħajjitha u mumenti ħelwin meta jkellmuha ammiraturi żgħar. Niskopru wkoll x’hemm pjanat għal Nicole fil-karriera mużikali tagħha.
L-intervista toħodna wkoll lil hinn mid-dinja tal-kant u Nicole tistqarr x’ħolm ieħor tixtieq li twettaq. Nicole għalkemm tfajla relativament żgħira għandha maturità kbira u dan joħroġ ċar f’din l-intervista.