"Fil-Weekend Li Ġej Nistennew Riefnu Kiesaħ, Baħar Imqalleb U Xi Ħalbiet Tax-Xita Bir-Ragħad U S-Silġ" – Malta Weather

Is-sit Malta Weather qed ibassar li fi tmiem din il-ġimgħa se nkunu qed naraw bidla drammatika fit-temp hekk kif “front t’arja kiesħa mistenni jgħaddi minn fuq il-gżejjer Maltin”.

Qed jiġi mbassar li b’riżultat t’hekk it-temperatura se tkun qed tinżel xi ftit filwaqt li se jinħoloq riskju għal xi ħalbiet tax-xita wkoll matul il-ġimgħa.

It-temperatura mbagħad se tkompli taqa’ fi tmiem il-ġimgħa fejn mewġa t’arja kiesħa se twassal sabiex jifforma sistema ta’ maltemp,” spjega s-sit Malta Weather.

Spjegaw kif din is-sistema ta’ maltemp se tikkawża riefnu kiesaħ, baħar imqalleb kif ukoll xi ħalbiet iżolati ta-xita “li jistgħu jkunu bir-ragħad u s-silġ”.





Facebook / Malta Weather u Facebook / Maltese Islands Weather



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI