Illum jiċċelebra għeluq sninu l-preżentatur u kompożitur Andrew Zahra. Andrew jiġi ħu Julie Zahra li rrapreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest fl-2004.
Barra li hu kompożitur bravu, lil Andrew ħafna jafuh bħala preżentatur fuq it-televiżjoni. Għamel żmien jippreżenta fuq ONE. Żgur li ħafna jiftakru l-karattru tan-Nannu Spagu li kien popolari ferm mat-tfal u anke l-adulti.
Andrew preżenta anke fuq ir-radju u ħafna drabi kien iwassal programmi ta’ mużika Maltija u anke dawk relatati max-xena tal-musicals.
Wieħed mill-akbar suċċess ta’ Andrew bħala kompożitur hu żgur ir-rebħ tal-Festival Internazzjonali Tal-Kanzunetta Maltija, fejn kien ikkompona l-kanzunetta rebbieħa tal-2001 Fomm Il-Vjolin fuq kliem ta’ Deo Grech u interpretazzjoni ta’ Georgina Abela.
Fuq Facebook bosta awgurawlu fil-kummenti taħt il-post li tefa’ fejn kiteb, “Filli tarbija żgħira… issa 46 sena… ħafna nżul u tlajja’… kanzunetti programmi, studenti, qsim il-qaln… imma hawn qiegħed lest biex niċċelebra… tlaqna!”
Aħna f’isem Gwida.mt nawguraw lil Andrew l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali!
Facebook/ Andrew Zahra