Filmat Juri Barri Jattakka Mara Fuq Bajja Fil-Messiku

Filmat juri mara tiġi attakkata minn barri waqt li kienet fuq bajja f’Los Cabos, Baja California Sur. F’rabja, il-barri jidher jagħmel għall-mara hekk kif turisti oħra raw ix-xena b’xokk kbir. Huma ppruvaw iwissuha biex titbiegħed mill-barri iżda insistiet li tiġbor il-basktijiet tagħha ftit qabel ġara kollox.

Qabel l-attakk, il-barri kien jidher qed jaċċetta ikel mingħand il-mara. It-tnejn dehru li kienu saru ħbieb fil-qosor sakemm seħħet ir-ritaljazzjoni mhux mistennija.

Il-barri waqqa’ lill-mara fuq ir-ramel u kompla jattakkaha waqt lwaqt li għamlet diversi tentattivi biex taħrab.





YouTube/ABC7



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI