Tlett ijiem ilu s-Sindku tal-Kalkara u preżentatur maħbub Wayne Aquilina, fuq il-mezzi soċjali tiegħu ħabbar il-mewta tal-għażiż nannuh, in-Nannu Pawlu. Illum, li jaħbat għeluq snin missier Wayne, Emanuel, sellmu għall-aħħar darba lin-Nannu.
Wayne kiteb dwar dan hekk kif sejjaħ dan il-jum, bħala ġurnata partikolari għall-familja.
“Illum it-2 ta’ Frar 2026 ġurnata partikolari għalina bħala familja. Filwaqt li bdejna l-jum bl-aħħar tislima lil għażiż Nannu Pawlu, illum missieri Emanuel Aquilina qed jiċċelebra għeluq il-65 sena tiegħu. Awguri Daddy.”
Qasam ritratt tal-familja sabiħa tiegħu. Insellmu l-memorja tal-għażiż Nannu Pawlu. Fl-istess waqt, nawguraw lil missier Wayne f’jum twelidu.
Facebook/ Wayne Aquilina