“Firxa Ta' Arja Kiesħa Mill-Artiku Tidħol Fiċ-Ċentru Tal-Mediterran… Temperaturi Ferm Iktar Kesħin Milli Kellna Dan L-Aħħar”

Il-paġna Malta Weather ħabbret li t-temperaturi lokali għandhom jiksħu bil-kbir fil-jiem li ġejjin. Huma kitbu, “Qed nistennew ġranet ta’ maltemp hekk kif firxa ta’ arja kiesħa mill-Artiku tidħol fiċ-ċentru tal-Mediterran fl-aħħar xahar tax-xitwa qabel ma tibda r-rebbiegħa! Dan ifisser li mill-weekend li ġej, se jkollna ħalbiet tax-xita u temperaturi ferm iktar kesħin milli kellna dan l-aħħar f’Malta u Għawdex!”

Minn dal-lejl, wieħed seta’ jinnota irjieħ aktar b’saħħithom mill-Majjistral bdew jonfħu fuq il-gżejjer Maltin, iżda sakemm jasal tmiem il-ġimgħa, aħna għandna nistennew li naraw iktar. Ilbieraħ it-temperaturi laħqu l-20°C, iżda it-temperatura f’Malta mistennija li tkompli tonqos fil-jiem li ġejjin… tant hu hekk li mistennija tinżel sa 7°C sa nhar it-Tnejn li ġej.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI