“Fis-37 Sena Tiegħi, Grat Li Nkun Imdawwar Bil-Familja Tiegħi U Nagħmel Dak Li Nħobb Nagħmel L-Aktar!” – Liston Bongailas

Liston Bongailas

Illum jiċċelebra għeluq sninu Liston Bongailas – artist lokali li kontinwament jimpressjona bil-mużika tiegħu. Ħadem u kkollabora ma’ diversi artisti lokali oħrajn, u ipparteċipa ġo festivals ta’ prestiġju.

Lil Liston rajnieh l-ewwel konna fit-tieni staġun ta’ Malta’s Got Talent, fejn flimkien ma’ Street Elements kien wasal sal-fażi finali, bl-ammont ta’ appoġġ li rċieva mill-pubbliku.

Liston ħa sehem f’Mużika Mużika flimkien ma’ Ema u Kapitlu Tlettax, bil-kanzunetta Ħsibijiet. Apparti minn hekk f’Jannar li għadda rajnieh fil-Malta Eurovision bil-kanzunetta Mela.



Matul is-snin Liston nieda diversi kanzunetti oriġinali u għadu jagħtina mużika mill-isbaħ sal-lum.



Awguri mill-qalb Liston! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!



Ritratti:

Facebook/ Liston Bongailas

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI