Fis-Sigħat Li Ġejjin Ir-Riħ Mistenni Jilħaq Forza 8 B’Buffuri Ta’ Forza 9

Is-sit Mid-Djarju tat-Timba għadu kif ħareġ twissija lill-pubbliku hekk kif bassar li fis-sigħat li ġejjin pajjiżna se jkun qed jintlaqat minn riħ qawwi ħafna li se jilħaq il-qawwa ta’ forza 8 u se jġib miegħu wkoll buffuri b’qawwa ta’ forza 9.

Issemmiet ukoll il-possibbiltà li llejla pajjiżna jintlaqat minn xi ħalbiet tax-xita bis-silġ.

Matul dawn l-aħħar sigħat l-Uffiċju Meteroloġiku ta’ Malta wkoll ħareġ twissija ta’ riħ qawwi li mistennija tibqa’ valida sa għada wara nofsinhar.







Ritratti:

Facebook / Maltese Islands Weather u Facebook / Malta Weather

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI