Fis-Sigħat Li Ġejjin Se Jkun Qed Jiġi Sospiż Is-Servizz Tal-Vapur T’Għawdex Minħabba L-Maltemp

Minħabba r-riefnu li qed jaħkem lil pajjiżna u li kulma jmur fis-sigħat li ġejjin mistenni jżid fil-qawwa tiegħu, tħabbar li s-servizz tal-Gozo Channel se jkun qed jiġi sospiż u għalhekk il-vapuri mhux se jkunu qed ikomplu bit-traġitti tagħhom minn Malta għal Għawdex.

F’konferenza li indirizza ftit minuti ilu l-Ministru Byron Camilleri ġie spjegat li se jkun qed isir l-aħħar traġitt bejn iż-żewġ gżejjer u mbagħad wara dan is-servizz se jkun qed jiġi sospiż fil-pront.

Kmieni filgħodu fuq il-midja soċjali ħarġu filmati u ritratti fejn il-vapuri t’Għawdex dehru jissieltu kontra l-mewġ hekk kif bdew jagħmlu triqithom bejn iż-żewġ gżejjer.







Ritratti:

Facebook / George Joseph Cefai u Gozo Channel

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI