“Fittixt L-Għajnuna U Bdejt Nara S-Sabiħ Tal-Ħajja Erġajt” – Ina Robinich

Ina Robinich qasmet kelmtejn li kitbet fuq Facebook dwar realtà li ħafna drabi hija stigmatizzata: is-saħħa mentali.

Mhux biss qasmet l-esperjenza tagħha stess, iżda ħeġġet ukoll lin-nies biex ifittxu l-għajnuna u biex ma jaqtgħux qalbhom!

Fil-ħajja kull wieħed u waħda minnha għadda minn xi problema imma mhux kulħadd jaraha l-istess u mhux ta’ kulħadd tkun l-istess il-problema u l-inkwiet.  Hawn minn jaħseb li d-dinja spiċċat għalih u ma għandux għalfejn jibqa’ f’din id-dinja, ma għandux għalfejn ikompli jghix.  Illum il-ġurnata nifhimkom ghax JIEN KONT KEMM,” hi kitbet.  

“Fittixt l-għajnuna u bdejt nara s-sabiħ tal-ħajja erġajt.  Illum hawn nies profesjonali biżżejjed biex jgħinuk u jigwidawk biex tara l-problema b’mod ieħor u jgħinuk taċċetta l-bidla f’ħajtek. Minn qalbi ngħidlilkom FITTXU L-GĦAJNUNA U TASLU. “







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI