Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, Josette Busuttil awgurat lill-ħabiba kbira tagħha Nadia f’jum għeluq sninha.
Hi kitbitilha, “Xi nies jgħaddu minn ħajjitna u jibqgħu memorja… imma inti sirt parti minni. Ma kontx biss persuna li tatni parir jew kelma ta’ kuraġġ,inti kont idejn li żammewni meta kont inħossni dgħajfa, vuċi li fakkritni min jien meta kont niddubita fija nnifsi.”
Żiedet tgħid, “Meta nħares lura, ninduna li ħafna mill-kuraġġ li għandi llum, ħafna mill-mod kif naħseb u nħoss, għandhom l-għeruq tagħhom f’dak li inti żrajt fija. Għallimtni nikber, imma mhux biss fl-età ,għallimtni nikber fil-valur, fid-dinjità u fl-imħabba lejn lili nnifsi. Inti kont dawl fil-mumenti mudlama, paċi f’qalb imħawda, u saħħa meta kont inħossni nieqsa minnha. U għal dan, ma hemmx kliem biżżejjed li jista’ jirringrazzjak.”
Kompliet tikteb, “F’jum għeluq sninek, nixtieqlek li tħoss ftit minn dak li inti tagħti lill-oħrajn kuljum, li tħoss kemm inti importanti, kemm inti maħbuba, u kemm inti barka fil-ħajja ta’ min jafek. Awguri mill-qalb. Jalla l-ħajja tagħtik lura b’abbundanza l-ġid kollu li int żrajt fija.”
Facebook/ Josette Busuttil