Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta ħabbret bi kburija li s-sena l-oħra qabdet numru rekord ta’ droga li kienet destinata għas-suq lokali. Fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook, taw aktar dettalji dwar dan ir-rekord nazzjonali ta’ qabdiet ta’ droga.
“Fl-2025, il-Pulizija ta’ Malta qabdet rekord ta’ nofs tunnellata ta’ droga destinata għas-suq lokali, b’valur stmat li jaqbeż l-€14-il miljun, u dan ta daqqa ta’ ħarta kbira lin-netwerks kriminali,” huma kitbu.
“Dawn ir-riżultati jenfasizzaw l-investiment kontinwu fil-pulizija mmexxija mill-intelligence u l-kapaċità operattiva.”
Grazzi kbira lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta għax-xogħol kollu tagħhom.
Facebook / Malta Police Force