Fl-275 Anniversarju Tal-Ftuħ U T-Tberik Ta’ Casa Manresa Ġie Restawrat Il-Kwadru Titulari Fil-Kappella Tal-Madonna Ta’ Manresa

Restawr tal-inkwadru

Fuq il-paġna uffiċjali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta xerrdu ritratti meħudin wara r-restawr li sar fuq il-kwadru titulari fil-kappella tal-Madonna ta’ Manresa.

L-imsemmi kwadru ġie mpitter minn Antoine Favray lura fl-1748. Ir-restawr sar minn Amy Sciberras flimkien mat-tim.

“Casa Manresa ġiet inawgurata fis-16 ta’ Marzu 1751 u llum tintuża bħala l-Kurja tal-Arċisqof. L-anniversarju jfakkar il-valur storiku, spiritwali u artistiku ta’ Casa Manresa fil-ħajja reliġjuża ta’ Malta.”

Kemm hi xi ħaġa sabiħa li wirt bħal dan jibqa’ jiġi mħares.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI