Yanica Galea hija tfajla mimlija talenti. Żmien ilu mhux daqshekk fil-bogħod, konna ktibna dwar appell li għamlet Yanica biex jgħinuha tiġbor ftit għajnuna biex il-wheelchair il-ġdid li kellha bżonn, isir realtà.
Ftit tal-ħin ilu, Yanica tellgħet ritratt ta’ dan il-wheelchair il-ġdid u rringrazzjat minn qalbha lil kull min għinha biex dan seta’ jkun possibbli. Anke l-kelba jidher kuntent! Xi ħlew!
Kemm aħna kuntenti għalik Yanica!
Ritratt: Facebook/ Yanica Galea