Jidher li xi ħaġa t-tabib Frank Portelli ilu jisħaq fuqha ħa ssir possibbli. L-anzjani f’dar tax-xjuħ li ħa jinsabu pożittivi għall-Covid-19 ħa jkunu qegħdin jittieħdu f’post wieħed. Dan sabiex il-firxa ma tkomplix iseħħ.
It-tabib Frank Portelli kiteb, “Anzjani minn djar tal-anzjani li jittestjaw pożittivi se jkunu kollha iżolati f’post wieħed fl-aħħar sens komun.” Miżura bħal din indirettament hi verament importanti minħabba li kif rajna fl-aħħar jiem, minn każ wieħed f’dar tal-anzjani spiċċaw faqqsu każijiet oħra u n-numru ta’ każijiet baqa’ tiela’.
Sfortunatament dan wassal għal diversi mwiet fost l-anzjani tagħna. Ejja naraw kif nistgħu nkomplu nieħdu ħsieb xulxin u lil dawk l-aktar vulnerabbli.
Facebook / Frank Portelli