“Fl-Aħħar Snin Rajna Żieda Ta’ Każijiet Ta’ Abbuż U Sfruttament Sesswali Li Seħħew Online Jew Li Bdew Permezz Tal-internet” – Dr. Nicholas Briffa Dwar Realtà Kerha

Abbuż onlajn

Dr. Nicholas Briffa qasam riflessjoni importanti dwar iż-żieda fil-każijiet ta’ abbuż u sfruttament sesswali online, filwaqt li sostna li s-sigurtà diġitali llum għandha titqies bħala parti essenzjali mill-edukazzjoni sesswali.

Huwa spjega kif l-internet joffri ħafna opportunitajiet pożittivi, iżda fl-istess ħin jista’ jintuża minn persuni li jfittxu li jisfruttaw il-vulnerabbiltà, il-fiduċja jew is-solitudni ta’ oħrajn, speċjalment żgħażagħ u adolexxenti.

Fil-kitba tiegħu, Dr. Briffa enfasizza l-importanza li t-tfal u ż-żgħażagħ jiġu mgħallma jagħrfu sinjali ta’ manipulazzjoni, grooming u profili foloz online.

Huwa wissa kontra persuni li jitolbu segretezza, ritratti intimi jew informazzjoni personali kmieni wisq fir-“relazzjoni”, filwaqt li spjega li relazzjonijiet ġenwini jinbnew gradwalment u mhux taħt pressjoni jew manipulazzjoni emozzjonali.

Huwa appella wkoll lill-ġenituri biex joħolqu ambjent sigur fejn it-tfal ikunu jistgħu jitkellmu mingħajr biża’ ta’ ġudizzju jew kastig.

Skontu, l-għan m’għandux ikun li nbeżżgħu lit-tfal dwar id-dinja online, iżda li nedukawhom.

"Fl-aħħar snin rajna żieda ta' każijiet ta' abbuż u sfruttament sesswali li seħħew online jew li bdew permezz tal-internet… Id-dinja diġitali toffri opportunitajiet kbar, iżda teħtieġ ukoll għarfien diġitali. L-għan tagħna m'għandux ikun li nbeżżgħu lit-tfal u liż-żgħażagħ, iżda li nagħtuhom l-għarfien, il-kunfidenza u l-appoġġ biex jipproteġu lilhom infushom"

Aqra iktar fil-post tiegħu.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI