L-iskejjel jistgħu jingħalqu mill-ġdid hekk kif ġo Melbourne ġie ikkonfermat l-ewwel każ ta’ trasmissjoni minn student għal student ieħor ta’ dan il-virus. L-iskejjel ġo Victoria jistgħu jiġu mġiegħla jagħlqu minħabba żieda f’każijiet tal-Coronavirus. L-istudenti rritornaw biss fil-klassi ħames ġimgħat ilu wara l-ewwel mewġa, iżda l-istat irreġistra 77 każ ġdid nhar il-Ħamis hekk kif l-infezzjonijiet ikomplu jiżdiedu.

36 komunità fuq in-naħa ta’ barra ta’ Melbourne jinsabu f’lockdown biex inaqqsu t-tixrid tal-virus li ilu jiżdied fl-aħħar jiem filwaqt li numru ta’ skejjel ġewwa Victoria kellhom jingħalqu wara sensiela ta’ testijiet pożittivi. Jidher li kellhom trasmissjonijiet minn studenti għal studenti u anke għalliema għal għalliema oħra. Huma kellhom każijiet f’aktar minn skola waħda. Kollox jindika min-numri li għandhom li l-istat ta’ Victoria ġie milqut mit-tieni mewġa ta’ dan il-virus.