Fuq il-paġna tal-Facebook Aġġornament tat-Temp ġie mħabbar li l-ebda previsjoni tat-temp għal dawn it-3 ijiem mhu se jkun korrett hekk kif hawn inċertezza kbira.
“Fl-Ewropa ser tidħol l-ewwel mewġa ta’ maltemp li ser iġġib xita u tbaxxi t-temperatura. Dan il-maltemp ġej minn ġo l-Atlantiku u huwa b’saħħtu ħafna,” huma avżaw.
“Iżda fil-Mediterran hemm pressjoni għolja fuq il-Libja li ser tikkumpatti l-maltemp! Ser jirritorna r-riħ isfel u t-temperatura se terġa’ titla ‘l fuq minn 25°C.”
Facebook/Aġġornament tat-Temp