Fl-Ewwel Ġimgħa Mill-Ftuħ Tal-Ajruport Fl-Islanda Jsibu Żewġ Każijiet Attivi Ta' Passiġieri

5,500 vjaġġatur ġew ittestjati għal Coronavirus mal-wasla tagħhom fl-Islanda minn meta l-pajjiż beda l-proċess ta’ skrining fil-fruntieri tiegħu ġimgħa ilu. Minn 5,500 test, 11 minnhom irriżultaw pożittivi, u tnejn minnhom biss kienu każijiet attivi li kienu jeħtieġu iżolament.

Dan ġie mħabbar mill-Kap Epidemjologu tal-Islanda Þórólfur Guðnason waqt laqgħa ta’ informazzjoni li saret f’Reykjavík. Total ta’ 900 persuna waslu fl-ajruport internazzjonali tal-Islanda fl-ewwel jum li l-pajjiż infetaħ għal vjaġġaturi mill-Unjoni Ewropea, għalkemm kien stmat li jilqa’ madwar 650 persuna kuljum.





Fl-istess jum li l-pajjiż beda l-iscreening uffiċjali fl-Ajruport Internazzjonali, fejn ġew irrappurtati stennijiet twal minħabba proċeduri differenti ta’ xi linji tal-ajru. Filwaqt li xi linji tal-ajru, bħall-Icelandairs inkoraġġew lill-passiġġieri tagħhom biex jimlew il-formola għall-iskrining tal-fruntiera kmieni, oħrajn stennew sakemm jinżlu fl-ajruport.

Il-gvern tal-Islanda qabel ħabbar li l-passiġġieri li jaslu fil-pajjiż mill-15 ta’ Ġunju jkunu jistgħu jagħżlu jekk iridux jiġu ttestjati għal Coronavirus jew jekk iridu jsiru kwarantina għal ġimgħatejn.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI