“Fl-Ewwel Sentejn, Tawni Aktar Minn 20 Dijanjosi Differenti.” – Josef Cassar Jaqsam Li Jinsab Għajjien Jissielet Mal-Problemi Ta’ Saħħa

Għal aktar minn tliet snin u nofs, Josef Cassar baqa’ sieket. “Qatt ma ridt nikteb fuq saħħti online,” kiteb f’post li mess il-qalb ta’ ħafna. Imma wara snin ta’ uġigħ, għeja, dijanjosi żbaljati u battalji kontra sistema medika li għamlitu jħossu inqas, Josef għażel li jitkellem.

“Għandi aktar minn 20 dijanjosi differenti… Kanċer fit-tirojde. Mard mentali. Eagle Syndrome. Qisu kienu qed jispekulaw,” jgħid. Il-ġisem tiegħu beda jinbidel wara l-perjodu tal-vaċċin tal-COVID: nefħa, uġigħ, ġilda li tqabbdek ħakk. Imma kien biss il-bidu ta’ “inkubu” li rnexxielu biss jitkellem dwaru issa.





Kien biss fit-tielet sena li l-affarijiet bdew jinqalbu, meta ltaqa’ ma’ Dr Keith Sacco. “Mill-ewwel minuta emmen fija,” jgħid Josef. “Ħares lejja u qal, ‘Hawn xi ħaġa mhux sew.’” Dak il-mument, jgħid, kien l-ewwel darba li ħass li xi ħadd semgħu.

Josef qed jitkellem issa għax il-mediċina msejħa Canakinumab għamlitlu differenza – imma l-awtoritajiet irrifjutaw li jipprovduha. “€19,000 minn buti – u ħadmet. Mhix fejqan, imma miraklu f’ħajti,” jgħid. Issa li l-flus spiċċaw u l-mediċina m’għadhiex aċċessibbli, jinsab f’riskju li jerġa’ jitfaċċa mill-ġdid u jispiċċa bħal ma kien qabel.

“Il-punt fejn wieħed jikkrolla hu qrib ħafna. U mhux kulħadd għandu l-appoġġ li kelli jien,” jisħaq Josef. “Imma jekk inti wkoll qed tbati – jekk tħossok waħdek – tkellem. Iġġorrx kollox waħdek.”

Facebook / Josef Cassar



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI