Illum jum għażiż ħafna għal Justin u martu Angelle. Għal dawk li forsi mhux jagħrfu lil Justin, Justin huwa wieħed mill-imħuħ wara L-Għarusa u Strada Stretta, wieħed mid-diretturi ta’ Sharp Shoot Media.
Hu jikteb, “erba’ snin ilu ħadt l-isbaħ u l-aqwa deċiżjoni ta’ ħajti wara disa’ snin flimkien. Għaddew bħal leħħa ta’ berqa qalb. Tista’ tgħid kbirna flimkien, ħdimna, batejna u qatt ma kellna ġurnata waħda kerha.” Hekk jiftaħ il-messaġġ tiegħu Justin f’dan il-jum speċjali.
Hu jkompli jikteb, “Jien kont tifel u sirt… tifel ikbar imma rajt tfajla ssir mara u fl-iktar mumenti diffiċli kont l-iktar ħajt sod li wieħed jista’ jserraħ miegħu!” Kliem mill-isbaħ f’dan il-jum għażiż għal din il-koppja.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Justin u lil martu Angelle l-isbaħ xewqat u nawgurawlhom li jkomplu jgawdu lil xulxin f’tant u tant imħabba.
Facebook / Justin Farrugia