Fuq grupp ta’ Facebook, ġew imxerrda żewġ ritratti li juru nota li nkitbet minn tlett iħbieb, lura f’Jannar 2010, u milli jidher tegħuha ġo flixkun tal-luminata.
Il-ħbieb kienu Nicola, Elly u Jeanette, fin-nota jesprimu kemm huma ferħana bil-ħbiberija ta’ bejniethom u jesprimu x-xewqa li tibqa’ għal dejjem.

Ritratt: Victor Fenech
L-utent li qasam ir-ritratt juri anke ritratt tal-flixkun innifsu bin-nota fih kif tfaċċa. Fil-kummenti ħafna rawha kumbinazzjoni ħelwa, oħrajn kellhom kurżità min setgħu ikunu dawn il-ħbieb, u kien hemm uħud ġibdu l-attenzjoni dwar x’jiġri meta oġġetti bħal fliexken jispiċċaw fil-baħar.
Tassew storja mhux tas-soltu din!

Ritratt: Victor Fenech