Faċli ninnutaw li mhux f’Malta biss imma madwar id-dinja kollha, l-ikel bnin jirrikjedi ħafna flus biex tixtrih speċjalment meta tikkumparah ma’ ikel bħall-pastizzi li huma ħżiena għas-saħħa. Matthaeus Grasso innota din id-differenza u qajjem il-punt tiegħu wkoll!
Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Matthaeus qal “flok ma nintaxxaw il-pastizzi… mhux aħjar nissussidjaw l-ikel bnin (bħal ikel organiku li mhux proċessat)? Dan għaliex meta nikkunsidraw kemm huma ta’ ħsara l-pastizzi u kemm ma jqumux flus ikkumparati mal-ikel bnin, dak li jkun iktar għandu ċans li jagħzel pastizz milli xi insalata.
Għalhekk hu jaħseb li jekk nissussidjaw l-ikel bnin, min ikun irid jagħmel l-għażla bejn li jiekol l-ikel bnin jew jiekol ikel li mhux daqshekk bnin, jagħżel dak li hu bnin għax id-differenza fil-flus biex tixtrihom ikun l-istess jew kważi l-istess.
Intom taqblu miegħu?