Illum huwa jum speċjali għal Fr Colin Apap, hekk kif qed jiċċelebra 52 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. F'messaġġ li qasmet il-Parroċċa ta' San Pietru fil-Ktajjen f'Birżebbuġa, ingħataw l-awguri lil Fr Colin għal din il-milestone importanti, filwaqt li l-komunità ġiet mistiedna tingħaqad fit-talb għalih f'dan il-jum għażiż.
Matul dawn il-52 sena ta' saċerdozju, Fr Colin iddedika ħajtu għall-qadi tal-Knisja u tal-komunità, u baqa' jservi b'impenn u dedikazzjoni lil dawk afdati f'idejh.
Minn naħa tagħna, ningħaqdu wkoll fl-awguri lil Fr Colin Apap f'din l-okkażjoni sabiħa, filwaqt li nawgurawlu aktar snin ta' saħħa u barka fil-ministeru tiegħu.
Facebook / Colin Apap