Fr Mario Attard B’Poeżija Dedikata Lil Toyah Mangani, Tfajla Ta' 19-Il Sena Li Ħallietna

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, FrMario Attard Ofmcap qasam poeżija mil-isbaħ dedikata lil Toyha, tfajla li sfortunatament ħallietna riċentament.

Il-poeżija tgħid hekk: 



“Inħsadt għażiża oħti meta rċevejt
It-telefonata iebsa li qaltli,
Li int ħallejtna, b’għajnejja lilek bkejt
Jien li kelli l-grazzja li nsir nafek b’qalbi.
Dejjem għożżejt fik dik il-fidi kbira
Kemm kont titlobni sabiex nitlob miegħek,
Għalhekk se nibqa’ jien ngħożż it-tifkira
għażiża tiegħek fiż-żmien li jitbiegħed.
Insellimlek tfajla umli u siekta
Li l-ħlewwa bla tarf tas-sema li hemm fik,
Għenitni nemmen fih fil-maltemp għaddej.
Strieħ Toyha, tfalja safja, bla mittiefsa
Ħabiba ta’ Kristu, id-dinja tibkik,
Ħu ħsiebna O warda friska tal-Mulej.”
Tistrieħ fis-sliem. Kondoljanzi minn qalbna lill-familjari u lill-ħbieb kollha tagħha.

Facebook/FrMario Attard Ofmcap





Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI