Tiftakaruha żgur lil Francesca Rausi, il-mudella żgħira li qed tqajjem kuxjenza dwar id-Down Syndrome. Skoprejna li lbieraħ l-istilla ċkejkna għalqet sitt snin! Ċerti li kellha ġurnata b’diversi pjanijiet għal din il-ġurnata.
Aħna nieħdu gost naraw lil Francesca f’diversi sfilati tal-moda, f’diversi spettakli u attiva wkoll f’diversi ċelebrazzjonijiet. Il-fatt li ma tibqax lura żgur li jservi ta’ spirazzjoni għal ħafna u ħafna nies.
Aħna f’isem Gwida.mt, nawguraw lil Francesca aktar suċċess u nixtiqulha sena mimlija dak kollu li tixtieq qalbha u aktar. Tassew jixraqilha. Ibqa’ b’dik it-tbissima sabiħa fuq wiċċek Francesca.