Franza Tirbaħ Il-Junior Eurovision Song Contest Tal-2025

Franza għadha kif irnexxielha tirbaħ il-Junior Eurovision Song Contest tal-2025.

Huma ħarġu rebbieħa permezz tal-kanzunetta ‘Ce Monde’ kantata miż-żagħżugħa ta’ 11-il sena Lou Deleuze.

Din hija r-raba’ darba li Franza rebħet il-Junior Eurovision Song Contest hekk kif fil-passat kienet ħarġet rebbieħa fl-2004, fl-2022 kif ukoll fl-2023.

Sadanittant fil-Junior Eurovision ta’ din is-sena l-Ukrajna klassifikat fit-tieni post filwaqt li l-Ġeorġja li kienet rebħet is-sena l-oħra ġiet fit-tielet post.







Ritratti:

YouTube / Junior Eurovision Song Contest

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI