“F’Seba’ Snin Kemm Ilek Li Ħallejtna, Pa, Ġraw Ħafna Affarijiet.” – Il-Kap Tal-Oppożizzjoni Jfakkar Lill-Għażiż Missieru

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg qasam messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali f’għeluq is-seba’ snin mit-telfa ta’ missieru, messaġġ li mess il-qlub ta’ ħafna.

F’dak li kiteb, Borg irrakkonta kif f’dawn is-seba’ snin ġraw bosta affarijiet f’ħajtu, u kemm tgħallem u għaraf aktar it-tifsira tal-pariri li kien jagħtih missieru, li llum qed jara kemm kienu validi u għenu fil-mixja tiegħu.

Huwa fakkar bi mħabba f’diversi memorji li jibqgħu mnaqqxa f’qalbu: ix-Xlendi, is-safar, il-ħinijiet fil-gym li kienu jgħinuh, u anke mumenti sempliċi bħal take away mal-familja ħdejn il-bajja. Iżda fost dawn kollha, hemm memorja waħda li, skontu, tibqa’ l-aktar stampata f’moħħu, il-grazzi tan-nies.



B’mod partikolari, Borg semma l-apprezzament tan-nies għas-servizz li missieru ta lin-nazzjon u lill-komunità, u kif kien hu li għallmu “l-politika tan-nies”, politika mibnija fuq is-servizz, ir-rispett u l-qrubija man-nies.



“Fuq dawk il-passi rrid nimxi,” kiteb Borg, filwaqt li temm il-messaġġ tiegħu b’talba sempliċi iżda qawwija: “Kompli ħarisna Pa. Strieħ fis-sliem.”

Messaġġ li jfakkar li lil hinn mill-politika u l-karriera, jibqgħu dejjem il-valuri, il-memorji u l-wirt uman li ġenitur iħalli warajh.



Ritratti:

Facebook / Alex Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI