"Ftakar Pa Li Jekk Ma Tilgħabx Miegħi Issa…" – Kliem Li Forsi Ma Nisimgħuhomx B'Mod Ċar Kultant

Kull ġenitur iħobbhom lil uliedu. Għal kull omm u missier dawn huma l-isbaħ ġrajja ta’ ħajjithom!

Madanakollu kultant il-ħajja qed issir wisq mgħaġġla u jiġri li ma nqattgħux biżżejjed ħin mat-tfal per eżempju. M’hemm l-ebda dubju li l-ġenituri joħorġu jaħdmu l-ewwel nett biex ikollhom ħajja komda familthom, inkluż l-għeżież uliedhom. Iżda dan il-ħsiebli kiteb Dr. Nicholas Briffa naħseb li fih x’tomgħod!

Dan huwa messaġġ li tfajjel/tifla ċkejken/ċkejkna avolja ma nisimgħuhomx jgħiduhom, xorta jkun f’qalbhom u f’moħħhom. Ħsieb f’forma ta’ messaġġ mingħand iben/bint fejn jirringrazzjaw anke lil missierhom għal dak kollu li jagħmel.

Araw daqsxejn:

Ftakar Pa li jekk ma tilgħabx miegħi issa, għada ser inkun kbir wisq…
Ftakar li l-armonija bejnek u bejn ommi tagħtini serħan tal-moħħ.
Ftakar Pa li se nitgħallem inħobb bl-istess mod kif tgħallimni inti nħobb.
Ftakar Pa li jien inkun kuntent ħafna meta kultant tippreferi li tilgħab miegħi minflok tmur tagħmel id-delizzju tiegħek jew taħdem żejjed.
Pa ftakar li nippreferu li tkun iżjed magħna milli ngħixu f’iżjed kumdità jew li insiefru ħafna.
Pa ftakar li dak kollu li nitgħallem mingħandek, se nwettqu matul ħajti kollha.
Ftakar Pa li għandi bżonnok bħala gwida…il-preżenza tiegħek f’ħajti hija essenzjali ferm għas-sigurtà tiegħi.
Ftakar Pa li jekk inġib ruħi ħażin, trid bil-ħlewwa tikkoreġini u tikkritikani, anke jekk tarani nibki u nolfoq.
Ftakar Pa kemm nammirak meta titlob maħfra meta tiżbalja. Tgħallimni li kulħadd jiżbalja, u li l-iżjed ħaġa importanti huwa x’tagħmel wara l-iżball.
Ftakar Pa li, li tixtrili dak kollu li nitlobkom ma jixtrix imħabbti wkoll. Tiddejjaqx tgħidli LE. Kultant tkun qiegħed tħobbni billi tgħidli le.
Ftakar Pa li meta narak tgħannaq, tbus, tħobb, tikkumplimenta, tapprezza u tittanta lil ommi, jaħkimni ferħ kbir.
Pa ftakar li meta tkellimni bil-kalma, nifhmek.
Pa ftakar li nħossni xxurtjat li għandi lilek bħala missieri.
Ftakar Pa li nħobbok ħafna.
Ftakar Pa li għalija int l-aħjar.
Ftakar Pa li meta ma tkunx għadek magħna, se niftakar fit-tagħlim tiegħek, u l-preżenza tiegħek tibqa’ għal dejjem f’moħħi u f’qalbi.

Grazzi Pa! M’hawnx bħalek!

Kliem mill-isbaħ!





Instgram/ storiesz.design



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI