"Ftit Sigħat Qabel Din It-Traġedja Terribbli Bgħattuli… Min Kellu Jgħidli…" – Carina B'Qalb Maqsuma Tiftakar F'Chris U Ivor

Bħal dan iż-żmien bosta qlub jerġgħu iħossu l-weġgħa tat-telfa li ġarrbu tal-koppja Chris u Ivor. Mewta ħabta u sabta li ħasdet lill-familjari, qraba u ħbieb kollha tagħhom. 

“Ftit sigħat qabel din it-traġedja terribbli li qasmitli qalbi bgħattuli meme. Min kellu jgħidli li tliet sigħat wara kont se nkun qiegħda quddiem id-dar tagħkom flimkien mal-familja tagħna, nafu li mhux ser nerġgħu narawkom?” Carina kienet fost dawk li ħabbithom immens lil dawn iż-żewġt irġiel b’qalb tad-deheb. U fil-fatt hi fost dawk li llum bla ma trid terġa’ ġġedded il-memorji sbieħ li kellha magħhom, kif ukoll tinqasam qalbha meta tiftakar fit-traġedja ta’ sena ilu.





Oħt Chris, Daniela Pandolfino wkoll qasmet is-sentimenti tagħha f’dan il-jum, flimkien ma’ ritratt tal-faċċata tad-dar ta’ din il-koppja, miksija bil-bukketti tal-fjuri. “Nixtiequ li nistgħu ndawru l-ħin, anke għal sekonda waħda biss, biex forsi ngħidu xi ħaġa li qatt ma għidna, jew nidħku daħka oħra”



Strieħu fis-sliem għeżież. Kondoljanzi u kuraġġ lill-familjari, qraba u ħbieb mill-ġdid. 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI