“Fuq Inizjattiva Tal-Malta Football Association Luca, Emma, Dean U Luca, Ingħataw Opportunità Mill-Isbaħ” – Annalise Ellul

Annalise Ellul fuq il-mezzi soċjali tagħha faħħret l-inizjattiva mill-Malta Football Association wara li nkludew lil binha u tliet itfal oħra fil-logħba tal-bieraħ fejn Malta lagħbet kontra l-Ukrajna.

Hi kitbet, “Fuq inizjattiva tal-Malta Football Association Luca, Emma, Dean u Luca, ingħataw opportunità mill-isbaħ jakkumpanjaw lit-tim nazzjonali ta’ pajjiżna Malta fuq il-pitch tal-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali fil-bidu tal-partita Malta vs Ukrajna.”

Hi ttemm tgħid, “Nixtiequ nirringrazzjaw lill-President tal-MFA Bjorn Vassallo u lis-Sur Jason Micallef għal dan il-ġest mill-isbaħ li tant ferrħu bih it-tfal.”

Prosit tassew! Nittamaw li jkun hemm aktar inklużjoni fil-futur ukoll!





Facebook / Annalise Ellul



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI