“Żgħażagħ Mingħajr Futur” – L-Isqof t’Għawdex Dun Anton Teuma Jikkummenta Waqt Omelija!

L-Isqof t’Għawdex, Dun Anton Teuma, f’omelija tiegħu qal li aħna bħala bniedem nappartjenu għal Alla, “Li aħna ġejjin minnu u sejrin lura għandu.” Huwa enfasizza li fi żmienu, Don Bosco kien imdawwar minn ħafna żgħażagħ mingħajr sens ta’ direzzjoni u appartenenza fil-ħajja. “Żgħażagħ mingħajr futur,” qal l-Isqof.

Dun Anton esprima t-tħassib tiegħu li l-ġenerazzjoni żagħżugħa tal-lum tista’ ssir tixbaħ lill-ġenerazzjoni ta’ Don Bosco. “Għandhom sens ta’ appartenenza?” staqsa. “Dan mhux tort tagħhom,” iżid.

L-Isqof qal li t-tfal llum ma jgħaddux ħafna ħin ma’ omm u missierhom minħabba ħin twil fl-iskola u attivitajiet oħra. Id-diżorjentament, spjega l-Isqof, tiġi minn nuqqas ta’ sens ta’ appartenenza. Semma wkoll li llum qed jinbidel il-valur tal-flus, fejn ħafna qed jgħaddu l-messaġġ ta’ li nġibu l-flus faċliment. “Dan hu l-messaġġ li jgħaddu minn fuq s’ifel,” sostna.





Dun Anton qal li impressjonat ukoll bl-esperjenza ta’ għalliem li staqsa lil Form 3 u Form 4: “X’tixtieq tagħmel meta tikber?” Il-maġġoranza wieġbu “Naħdem mal-Gvern.”

“Jien mhux kontra l-espressjoni li ‘mmur naħdem mal-Gvern,’” kompla, “Imma x-xogħol jista’ jwassal għall-qdusija.” Però, il-problema hi li ħafna żgħażagħ m’għandhomx direzzjoni jew għan.

L-Isqof enfasizza li hemm bżonn ta’ riflessjoni u azzjoni konkreta. Huwa qal li t-tfal għandhom jilagħbu biex jiksbu sens ta’ preżenza, u għandhom jgħinu fid-dar anke meta huma żgħar.

“Ix-xogħol ifisser dinjità, mhux biss meta nkunu adulti, iżda anki meta nkunu żgħar, biex niksbu stima fina nfusna,” temm jgħid l-Isqof.

Facebook / Diocese of Gozo



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI