Wara l-aħbar li ħalliena Karl Gouder, bosta personalitajiet, politiċi u qraba u ħbieb sellmu l-memorja tiegħu b’dieqa. It-tim ta’ Puttinu Cares ukoll kiteb kelmtejn għal Karl mill-qalb wara li wkoll sabuh hemm għalihom.
“X’telfa iebsa. Ninsabu bla kliem! Għada kellna laqgħa miegħek għażiż Karl Gouder. Grazzi ta’ kemm issapportjajt lil Puttinu tul is-snin. Grazzi li kont hemm f’kull maratona ta’ Puttinu. Kondoljanzi lill-familjari u dawk kollha li kienu qrib tiegħek.”
Grazzi, u strieħ fis-sliem għażiż Karl. Għal dejjem f’qalbna.