“Għada S-7 Ta' Marzu Se Nilħqu L-Medja Klimatika Għal Dan Ix-Xahar” – Maltese Islands Weather

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Maltese Islands Weather qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward dak li għandna nistennew mit-temp.

Huma qalu, “ħada s-7 ta’ Marzu se nilħqu l-medja klimatika għal dan ix-xahar. F’Marzu tipiku tagħmel madwar 40.1 mm ta’ xita. Minn fejn ġejja din ix-xita? Minn hekk imsejjaħ ‘warm front’. Dan se jiżviluppa meta arja sħuna u umda’ tiela minn fuq id-deżert tiltaqa ma’ arja kiesħa lokalment. L-arja kiesħa, peress li hija itqal, tisforza l-arja sħuna u umda’ l-fuq. Dan il-proċess iwassal biex il-fwar fl-arja sħuna jikkondensa u jiżviluppa sħab dens u mifrux. Dan is-sħab ikun fih żoni estensivi ta’ xita u xi ftit maltempati bir-ragħad iżolati.”

Żiedu, “Iċ-ċans ta’ xita se jkopri 24 siegħa; minn tard illejla sa tard il-Ġimgħa. Ix-xita, għalkemm possibilment kontinwa, se tkun ta’ l-għalqa fil-maġġoranza tal-ħin. Fil-każ li maltempata bir-ragħad iżolata taħkem xi nħawi tal-Gżejjer Maltin, ikollna xita aktar qawwija u l-possibilita ta’ silġ irqiq. Peress li se jkun ta’ oriġini tas-Sahara, xita b’intensita’ aktar ħafifa se tħalli depożiti ta’ ramel. Qed nistennew ammont ta’ xita adegwat madwar il-Gżejjer Maltin kollha. Ir-riħ mix-Xlokk se jilħaq Forza 5 għal 6 matul l-ewwel nofs tal-jum, qabel ma jonqos gradwalment waranofsinhar u jsir Forza 3 għal 4 minn filgħaxija. Id-direzzjoni tiegħu se taqleb u ssir Lbiċ ukoll minn filgħaxija. Il-jiem tas-Sibt 8/3 u l-Ħadd 9/3 se jkun iddominati minn kundizzjonijiet bnazzi u b’riħ ħafif.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI