Fuq il-paġna tal-Facebook It-Temp Madwarna ġie mtella’ filmat ta’ maltempata tas-silġ f’Malta li seħħet 27 sena ilu.
“Għaddew 27 sena minn dik il-famuża maltempata tas-silġ,” huma kitbu.”Maltempata bir-ragħad qalila twaddab ammont kbir ta’ silġ speċjalment fiċ-ċentru tal-pajjiż, kmieni waranofsinhar.”
“F’xi nħawi tkejlu viċin l-4 pulzieri (100mm) ta’ xita, u s-silġ akkumulat dam biex dab 5 ijiem sħaħ!”
Tiftakruha?
Facebook/It-Temp Madwarna/Television Malta (Arkivji)