Għaddiet Sena Minn Meta Ħalliena L-Attur Bravissimu Chadwick Boseman

It-28 ta’ Awwissu jimmarka sena minn meta Chadwick Boseman miet fl-età ta’ 43 sena, erba’ snin wara li ġie dijanjostikat bil-kanċer tal-kolon fl-istadju III.

L-aħbar tal-mewt tiegħu kienet ta’ xokk enormi għal kulħadd madwar id-dinja. L-attur kien maħbub mill-kollegi u miljuni ta’ segwaċi madwar id-dinja.

Ir-rwol tiegħu fil-Black Panther kien wieħed rivoluzzjonarju, billi kien wieħed mill-ftit supereroi Afrikani fuq l-iskrin.

Anki jekk Chadwick kien qed isofri tant mill-marda tiegħu, xorta żammha sigrieta u baqa’ jgħin lil ħaddieħor u jżur tfal morda fl-isptarijiet.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI