Gerald Fenech minn Covid-19 news updates għadu kif irraporta li saru aktar testijiet fl-aħħar sigħat lil dawk kollha li b’xi mod setgħu kienu viċin tat-tifla Ġermaniża li nstabet pożittiva wara li diġa’ attendiet skolasajf.
Fosthom kien hemm tfal oħra li kienu magħha fil-klassi, ġenituri u anke xi ħaddiema li kienu preżenti fl-iskola. Ir-riżultati għandhom jinħarġu fil-jiem li ġejjin.