“Għadni Kemm Sirt Naf Li Philip Rokarja Pace Ilu Sena Kważi Sħiħa Li Miet.” – Toni Sant

Toni Sant, fost nies oħra fuq il-mezzi soċjali, sellmu l-memorja ta’ Philip Pace li ħalla din id-dinja sena ilu. Philip kien attiv ħafna fix-xena mużikali fis-snin Sebgħin u Tmenin.

Toni Sant jikteb, “Għadni kemm sirt naf li Philip Rokarja Pace ilu sena kważi sħiħa li miet. Miet fit-28 ta’ Jannar 2024, waħdu fid-dar tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ, b’attakk f’qalbu. Kellu 69 sena; twieled fid-9 ta’ Ġunju 1954.”





Hu jżid, “Għamel sas-16 t’Ottubru 2024 fil-kamra mortwarja ta’ Mater Dei għax ħadd ma mar jiġbru biex jagħmillu funeral. Difnuh f’qabar tal-komun: Div. Lvant EA-A-548. M’hemm xejn fuq il-qabar li juri fejn hu midfun. Il-ġimgħa d-dieħla, Philip se jagħlaq sena mejjet.”

Infatti anke qed jorganizzaw quddies għall-memorja għażiża tiegħu! Strieħ fis-sliem Philip!

Facebook / Philip Rokarja Pace



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI