Sfortunatament għadha kemm inxterdet l-aħbar li ħalliena Karl Gouder, l-aħbar tal-mewt mhux mistennija ta’ Gouder ħasdet ix-xenarju politiku ta’ Malta hekk kif seħħet jiem wara li ddikjara l-intenzjoni tiegħu li jikkontesta għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali.
Dan l-aħħar kellu l-irwol ta’ chief operations officer ta’ NET Media. Barra mill-fatt li serva bħal Membru Parlamentari. Bernard Grech kien fost dawk li sellem il-memorja tiegħu.
“Għadni kif sirt naf li ħalliena l-ħabib tagħna Karl Gouder… F’dan il-mument, ħsibijietna u t-talb tagħna jinsabu mal-familja ta’ Karl, u nitolbu li tiġi rispettata l-privatezza tal-qraba tiegħu.”
Strieħ fis-sliem għażiż. Kondoljanzi lill-familjari, qraba u ħbieb.